Biex tgħinna nipprovdulek servizz effiċjenti u bla telf ta’ żmien, il-prijorità tagħna hi li nwieġbu l-mistoqsijiet tiegħek direttament relatati mal-attivitajiet ta' OLAF.
Sfajt vittma taċ-ċiberkriminalità?
L-OLAF ma jinvestigax frodi b’pagamenti online, siti foloz tal-kummerċ elettroniku jew scam tal-muniti virtwali. Jekk sfajt vittma taċ-ċiberkriminalità, din il-paġna web tal-Europol tispjega kif tirrapportaha.
Barra minn hekk, l-OLAF qatt ma joffri jew jitlob trasferimenti ta’ flus liċ-ċittadini jew mingħandhom.
Sfajt vittma tal-kriminalità mingħajr impatt finanzjarju fuq il-fondi pubbliċi tal-UE?
L-OLAF ma jinvestigax frodi mingħajr impatt finanzjarju fuq il-fondi pubbliċi tal-UE, u lanqas korruzzjoni li ma tinvolvix lill-istaff tal-Istituzzjonijiet tal-UE. Jekk jogħġbok irrapporta allegazzjonijiet bħal dawn lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.
Tixtieq tirrapporta allegazzjoni ta’ frodi lill-OLAF?
L-OLAF jinvestiga allegazzjonijiet ta’ frodi jew irregolaritajiet serji oħra b’impatt potenzjalment negattiv għall-fondi pubbliċi tal-UE u mġiba ħażina serja mill-membri tal-istaff tal-istituzzjonijiet tal-UE.
Skopri kif tirrapporta l-frodi lill-OLAF
Tixtieq issir taf x’ġara mill-allegazzjoni ta’ frodi li bgħatt lill-OLAF?
- Jiena bgħatt allegazzjoni lill-OLAF - X’se jiġri issa?
- X’nista’ nistenna jekk l-OLAF jiftaħ investigazzjoni fir-rigward tal-allegazzjoni tiegħi?
Inti ġurnalist?
Jekk inti ġurnalist u għandek mistoqsija għall-Uffiċċju tal-Istampa tal-OLAF, jekk jogħġbok uża l-formola tagħna għall-mistoqsijiet tal-Media.
Direttorati tal-OLAF
Direttorat A – Nefqa – Operazzjonijiet u Investigazzjonijiet Investigazzjonijiet interni; Nefqa Diretta - Operazzjonijiet u Investigazzjonijiet; Ġestjoni Kondiviża u Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza – Operazzjonijiet u Investigazzjonijiet | +32-2-299.41.56 |
Direttorat B – Dħul u Operazzjonijiet Internazzjonali – Investigazzjonijiet u Strateġija Strateġija Kontra l-Frodi tad-Dwana, il-Kummerċ u t-Tabakk; Kummerċ, Saħħa u Ambjent Illeċiti - Operazzjonijiet u Investigazzjonijiet; Dwana u Kummerċ - Operazzjonijiet u Investigazzjonijiet; Operazzjonijiet u Investigazzjonijiet Internazzjonali | +32-2-299.43.16 |
Direttorat C – Ċentru tal-Għarfien Kontra l-Frodi Kontra l-Korruzzjoni, l-Istrateġija u l-Analiżi Kontra l-Frodi; Analiżi tal-Intelligence u Operattiva; Strateġija Diġitali u Forensika; Monitoraġġ u Rapportar | +32-2-298.30.68 |
Direttorat D – Affarijiet Legali, Riżorsi u Sħubijiet Leġiżlazzjoni, Politika u Ġestjoni tad-Dokumenti; Konsulenza Ġuridika; Finanzi u Konformità, Akkwist u Sigurtà; Kooperazzjoni mal-UPPE u mas-Sħab Kontra l-Frodi | +32-2-298.92.39 |