L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi huwa magħruf ukoll bħala OLAF, mill-isem Franċiż tiegħu: Office de Lutte Anti-Fraude.
2021 | L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) beda l-operazzjonijiet tiegħu fl-1 ta’ Ġunju. L-UPPE hu l-uffiċċju indipendenti tal-prosekuzzjoni pubblika tal-UE. L-OLAF jikkoopera b’mod reċiproku mal-UPPE billi jipprovdi informazzjoni, analiżi, għarfien espert u appoġġ operazzjonali. |
2020 |
F’Diċembru, ġie adottat ir-Regolament 883/2013 rivedut (l-hekk imsejjaħ Regolament OLAF). Dan jistabbilixxi kif l-OLAF se jaħdem f’komplementarjetà mal-prosekuturi fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) biex jiżgura li l-finanzjament tal-UE jkun protett sew. F’Ġunju, l-OLAF għadda minn riorganizzazzjoni sinifikanti. L-istruttura l-ġdida tal-organizzazzjoni interna:
|
2019 | F’April, il-Kummissjoni adottat l-Istrateġija l-ġdida tagħha Kontra l-Frodi li tfittex li tkompli ttejjeb id-detezzjoni, is-sanzjonar u l-prevenzjoni tal-frodi. L-istrateġija l-ġdida tħeġġeġ aktar konsistenza u koordinazzjoni aħjar fil-ġlieda kontra l-frodi fost id-dipartimenti varji tal-Kummissjoni. Hija tfittex ukoll li ssaħħaħ is-sorveljanza korporattiva tal-Kummissjoni fuq kwistjonijiet ta’ frodi, billi tagħti lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) rwol konsultattiv u superviżorju ħafna aktar b’saħħtu. |
2018 |
Ville Itälä nħatar Direttur Ġenerali tal-OLAF. |
2017 |
F’Novembru, l-UE adottat ir-Regolament (UE) 2017/1939 biex tistabbilixxi Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), uffiċċju ta’ prosekuzzjoni indipendenti u ddeċentralizzat tal-Unjoni Ewropea bil-kompetenza li jinvestiga, iħarrek u jressaq quddiem il-ġustizzja reati kontra l-baġit tal-UE. Huwa jistabbilixxi sistema ta’ kompetenzi kondiviżi bejn l-UPPE u l-awtoritajiet nazzjonali fl-indirizzar ta’ każijiet bħal dawn. F’Lulju, l-UE adottat id-Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (“id-Direttiva PIF”). L-għan tagħha huwa li toħloq sistema aktar b’saħħitha u aktar armonizzata, b’regoli komuni minimi, biex tiġġieled il-kriminalità li taffettwa l-baġit tal-UE. L-applikazzjoni tal-liġi kriminali, l-interessi finanzjarji tal-UE u l-flus tal-kontribwenti jistgħu jiġu protetti aħjar madwar l-UE. |
2015 |
Wara r-ristrutturar organizzattiv mill-Kummissjoni Juncker, id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (DĠ ECFIN) ħa f’idejh ir-responsabbiltà tal-OLAF fil-qasam tal-protezzjoni tal-Euro. |
2013 |
Fl-1 ta’ Ottubru 2013, daħal fis-seħħ ir-Regolament Nru 883/2013 dwar investigazzjonijiet mill-OLAF. Dan wassal għal tibdil sinifikanti fix-xogħol tal-OLAF u fir-relazzjonijiet tiegħu ma’ diversi partijiet ikkonċernati. Ir-Regolament jiddefinixxi aktar id-drittijiet tal-persuni kkonċernati, jintroduċi skambju annwali ta’ fehmiet bejn l-OLAF u l-istituzzjonijiet tal-UE u jirrikjedi li kull Stat Membru jistabbilixxi Servizz ta’ Koordinazzjoni Kontra l-Frodi. |
2012 |
Fl-1 ta’ Frar 2012 kienu introdotti bidliet sinifikanti fl-organizzazzjoni interna u l-proċeduri investigattivi tal-OLAF li l-mira tagħhom kienet primarjament biex tissaħħaħ il-funzjoni investigattiva tal-OLAF u jissaħħaħ il-kontribut tal-politika kontra l-frodi. |
2011 |
Ġiet adottata strateġija ġdida tal-Kummissjoni Ewropea Giovanni Kessler inħatar Direttur Ġenerali tal-OLAF. |
2010 |
L-OLAF vara għodda ġdida bbażata fuq l-internet, is-Sistema għan-Notifika tal-Frodi (FNS) li tippermetti liċ-ċittadini li jgħaddu informazzjoni dwar korruzzjoni u frodi potenzjali online. |
2006 |
L-2006 kienet l-ewwel sena meta n-numru ta’ investigazzjonijiet li mexxa l-OLAF f’ismu kien daqs n-numru ta’ każi li fihom l-OLAF ipprovda għajnuna lill-awtoritajiet tal-Istati Membri. Seħħet riorganizzazzjoni kbira interna tal-OLAF bl-objettiv li jkun hemm aktar enfasi fuq ix-xogħol operazzjonali tal-OLAF, tittejjeb il-komunikazzjoni fl-Uffiċċju, u tissaħħaħ il-ġestjoni tiegħu. |
2004 |
Il-Komunità Ewropea stabbilixxiet il-programm Hercule għall-promozzjoni ta’ attivitajiet relatati mal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tagħha. |
2000 |
Franz-Hermann Brüner inħatar Direttur Ġenerali fundatur tal-OLAF. |
1999 |
Wara l-avvenimenti li wasslu għar-riżenja tal-Kummissjoni Santer, ġew ippreżentati proposti għal korp ġdid kontra l-frodi (OLAF) b'setgħat aktar b'saħħithom ta’ investigazzjoni. Ir-riżultati ta' dawn il-proposti kienu:
|
1995 |
Il-UCLAF kienet awtorizzata li tniedi investigazzjonijiet fuq inizjattiva tagħha stess, abbażi ta' informazzjoni minn diversi sorsi. Id-dipartimenti kollha tal-Kummissjoni kienu meħtieġa jinfurmaw lill-UCLAF kull darba li jissuspettaw frodi fl-oqsma li kienu responsabbli għalihom. |
1993 |
Is-setgħat tal-UCLAF żdiedu bil-mod il-mod wara r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament tal-UE. |
1988 |
Inħolqot it-Task Force “Unità ta’ Koordinazzjoni Kontra l-Frodi” (UCLAF) bħala parti mis-Segretarjat-Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-UCLAF ħadmet flimkien mad-dipartimenti nazzjonali kontra l-frodi u pprovdiet il-koordinazzjoni u l-għajnuna meħtieġa biex tiġi indirizzata l-frodi organizzata. |